It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni qed jibdlu l-mod kif l-informazzjoni titwassal lill-pubbliku b'pass dejjem aktar mgħaġġel li joħloq modi ġodda ta' komunikazzjoni interattivi. Wieħed mill-kontributuri ewlenin għal din il-bidla huwa l-qawmien drammatiku fil-komunikazzjoni li tressaq mill-midja soċjali. Il-Ministeru ħeġġeġ il-midja soċjali, bil-ħsieb li l-pubbliku jkun konxju u infurmat dwar paġni tal-midja soċjali fil-portafoll tal-Ministeru. Din il-paġna telenka l-paġni kollha tal-midja soċjali li huma approvati uffiċjalment mill-kapijiet rispettivi u ġew ikkomunikati lid-departiment tal-IT (Information Management Unit IMU).