Is-Segretarju Parlamentari

SA. ALISON ZERAFA CIVELLI - SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI



Alison Zerafa Civelli – Min hi?Parl. Sec.png

Minn Bormla u noqgħod il-Kalkara.  Bint Emanuela u Anthony Zerafa. It-tieni fost ħamest aħwa, miżżewġa lil Christian Civelli u omm ta’ tifla ta’ sitt snin, Carla.  Sa minn meta kont żgħira attendejt skejjel tal-Gvern u wara s-sixth form sa ma dħalt l-Universita’ ta’ Malta għall-kors tal-Baċellerat fl-Edukazzjoni. Komplejt nistudja u ksibt il-Masters Degree fl-Edukazzjoni mill-Universita’ ta’ Malta u preżentament qed insegwi Masters fil-‘Management and Good Governance’

Il-professjoni tiegħi hija dik ta’ edukatriċi.  Għallimt f’diversi livelli u skejjel tal-Gvern.  Ħdimt ma’ studenti b’diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba.  Fl-2016 servejt bħala Assistenta Kap u wara bħala koordinatriċi f’ċentru ieħor ta’ tagħlim. 

Bejn is-sena 2013 u l-2022 okkupajt b’unur il-kariga ta’ Sindku ta’ Bormla – kariga li għallmitni, kabbritni u ta’ kuljum laqqgħatni mal-poplu.  F’Marzu tal-2022 ikkontestajt l-Elezzjoni Ġenerali mal-Partit Laburista u ġejt eletta fil-Parlament Malti fejn ġejt fdata bil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali.

Involviment Politiku u Lokali

Sa mill-eta` ta’ sittax-il sena involvejt ruħi f’għaqdiet lokali u tal-Partit Laburista fuq bażi volontarja.  L-ewwel xogħol volontarju tiegħi kien f’Daritama Bormla u wara fil-kumitat lokali Laburista ta’ Bormla.  Tajt sehem sħiħ ukoll fl-għola istituzzjonijiet tal-Partit Laburista – fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit u fil-Forum Żgħażagħ Laburisti.  Tajt is-sehem tiegħi ukoll fil-midja tal-Partit Laburista fejn ħadt sehem fi programmi popolari fuq One TV fosthom Bla Aġenda, Viċi-Versa, Sitta Ġewwa u bosta oħrajn.  

INFORMAZZJONI TA' KUNTATT


  Indirizz
       185, Melita Street,
       Valletta, Malta.
       VLT 1410.

  Numru tat-telefon 
       2226 4800​

  Indirizz Eletroniku
      alison.zerafa-civelli.1@gov.mt