L-għan tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali huwa li jwettaq l-għanijiet tiegħu b'mod effiċjenti u effettiv. F'dan ir-rigward il-Ministeru huwa responsabbli li :
- jippromwovi u jiżviluppa soċjetà sigura, ġusta u inklużiva fejn id-drittijiet u l-libertajiet ta' kull ċittadin huma mħarsa f'ambjent ekwu u sigur;
- jaħdem flimkien mal-identitajiet kulturali differenti biex jinħolqu ideat u titrawwem l-innovazzjoni fl-arti u fl-awdjoviżiv u b'hekk jingħata lok għal ekonomija kreattiva;
- jinżamm u jiġi mħares il-wirt kulturali tagħna u nesportaw kemm l-assi storiċi tanġibbli u intanġibbli tagħna permezz ta' diversi mezzi kif ukoll permezz tal-UNESCO;
- jiggwida, jissorvelja u jikkordina l-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali filwaqt li jipprovdi taħriġ kontinwu u appoġġ għall-iżvilupp tal-ħaddiema;