Mistoqsijiet Frekwenti

Li ġej huma FAQs li huma bbażatti fuq rispons mill-Customer Support Unit li qiegħed fid-Dipartiment tal-Gvern Lokali - Monitoraġġ u Appoġġ fid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali. 

Kif ser inkun naf jekk jekk kwistjoni jew ilment hijiex responsabli mill-Gvern Ċentrali, Kunsill Lokali jew Entita’ ohra pubblika / privata?

Il-Customer Support Unit, li qiegħed fid-Dipartiment tal-Gvern Lokali - Monitoraġġ u Appoġġ jgħinuk twassal l-ilment tieghek lill-entita’  tajba u permezz tal-mezzi xierqa. Dan jista jinkludi tiddetermina jekk triq partikolari hijiex taht il-gurisdizzjoni ta’ Kunsill Lokali jew Gvern Ċentrali, jew jekk ir- responsabilita’ ta’ servizz publiku, bhal il-manutenzjoni tas-sinjali tat-traffiku jew marki tat-toroq fit-triq partikolari taqgħax taħt kunsill jew entita’ tal-Gvern oħra.

Jien/a ġejt avzat li l–kwistjoni hija talba għal servizz mhux ilment. X’inhi id–differenza?

Jekk inti qiegħed titlob għal servizz, per ezempju, talba ghal informazzjoni relatata li tirrifjuta kollezzjoni, ġeneralment aħna nitrattaw din bħalha talba għal servizz milli ilment.

Kif nista nagħmel ilment?

Tista’ tagħmel ilment onlajn, bit-telefown, iccempel personalment jew tibgħat ilment bil-miktub, kif jintwera hawn taħt:

L-indirizz tal-Customer Support Unit:

Dipartiment tal-Gvern Lokali (Monitoraġġ u Appoġġ)
26, Archbishop Street, Valletta VLT 1000

Ħinijet tal–Ftuħ:​

Mill l-1 t’ Ottubru sal–15 ta’ Ġunju (Ħinijet tax-xitwa)
Mit-Tnejn sal-Ġimgha mit-8:30 am sat- 3:00 pm. 

Mis-16 ta’ Ġunju sal-30 ta’ Settembru (Ħinijiet tas-Sajf)
Mit-Tnejn sal-Ġimgha mit-8:00 am sat-3:00pm​ 

Telefown:  (+356) 22002300 / (+356) 22002353

E-mejl: customercare.dlg@gov.mt 

Jekk nagħmel ilment, meta nista’ nistenna lura mid-Dipartiment?

Kull ilment għall-informazzjoni jew gwida li hija ricevuta permezz tal – email, tiġi iċċekkjata u rikkonoxxuta f’24 siegha mill – hin li tigi ricevuta. Meta talba li tiġi riċevuta ma tkunx ikkonformata, il – klijent ikun infurmat b’xi’ informazzjoni jew dokumenti neqsin fiz-żmien t’24 siegħa mill-ħin li it-talba kienet ricevuta.

Talbiet jew mistoqsijiet li ikunu deħlin u li jistgħu ikunu indirizzati mill-organiżazzjoni li tirċievi u għalhekk deciżjonijiet m’ghandhomx bżonn aktar konsultazzjoni interna jew externa, jiġu irrisponduti fiz-żmien 24 siegha li ikunu intbghatu.

Talbiet jew mistoqsijiet li ikunu kumplessi fin-natura taghhom u/jew ikollħom bżonn konsultazzjoni ma’ partijiet interessanti interni jew externi u għalhekk ma jkunux jistgħu jiġu rrisponduti fil-ħin imsemmi hawn fuq, xorta jigu rikonoxxuti.

Jekk għal xi raguni li tmur lil hinn mill-kontoll taghna, l-ilment tieghek ma ikunx jista jiġi mghoqqdi, inti tkun infurmat b’mod xieraq u jekk ikun hemm xi rimedju alternattiv, dan jigi indikat.

Jien/a nixtieq nagħmel ilment f’isem habib/a jew qraba. Nista nagħmilha din?

Iva, tista. Pero’, hija responsabilita’ tiegħek li tara li jkollok permess mill–persuna fuq min qed tagixxi, qabel ma nistgħu nagħtu xi informazzjoni.

Jiena kont sodisfatt/sodisfatta bis-servizz li irċevejt mill-Kunsill. Kif nista’ nirringrazzjahom?

Tista’ tagħmel kuntatt mal-Customer Support Unit direttament bl-istess mod kif kieku kellek taghmel ilment.

Jien/a qed nieħu azzjoni legali fuq il-Kunsill. Xorta nista’ naghmel ilment?

Jekk l-ilment jikkonċerna l-istess suġġett tal-azzjoni legali, aħna ma nkunux nistgħu nsegwu l-ilment tiegħek.

Kif jista’ il-Kunsill jiżgura li jitghallem mill-iżbalji tiegħu?

Il- Kunsilli Lokali jużaw l-ilmenti u r-rispons biex itejbu il-mod kif jipprovdu is-servizzi taghħom. Id-dipartiment tal-Gvern Lokali (Monitoraġġ u Appoġġ) jistgħu jesistu ukoll kunsill lokali biex itejbu fuq l-istandards u kif jagħtu is-servizz.

X’jagħmel il-kunsill biex issolvi l-ilment tiegħi?

Meta nirċievu l-ilment tiegħek, ahna narawh u nsegwuh mal-kunsill lokali relattiv u jekk possibli, niddiskutu xi soluzzjoni li tiġi ingħatata mill-kunsill lokali ikkonċernat jew l-entita’/awtorita kompetenti.

Li ġej huma FAQs li huma bbażati fuq iċ-Ċirkolarijiet maħruġa mid-Direttorat għall-Implimentazzjoni tal-Istrateġija u Policy fi ħdan id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali b’rabta mal-proċessi involuti fil-funzjonijiet indikati hawn taħt:

  • Amministrazzjoni ta’ Proprjetà Pubblika;
  • Ġemellaġġ minn Reġjun/Kunsill Lokali;
  • Finanzjament ta’ Grant Schemes lill-Kunsilli Reġjonali/Lokali.

 

 X’għandek tagħmel u xi process trid issegwi meta tapplika għall-Grant Scheme?

 https://localgovernment.gov.mt/en/DLG/publications/spiCirculars/Documents/SPI.SCI.9.2021.Il-Pro%C4%8Bess%20u%20l-Finanzjament%20ta'%20Grant%20Schemes.pdf

 

 Għandha dejjem issir referenza għaċ-Ċirkulari SPI/SCI/9/2021 maħruġa fis-17 ta' Novembru 2021 mid-Direttorat responsabbli mill-iStrateġija u Implimentazzjoni ta’ Policy -Il-proċess u l-finanzjament ta' Grant Schemes lill-Kunsill Reġjonali / Lokali(għafas fuq il-link provdut) fejn kull pass tal-proċess, mill-iStadju tal-Applikazzjoni sal-fażi ta’ Implimentazzjoni u Monitoraġġ, huma spjegati fid-dettall. F'każ ta' kjarifika li mhix indirizzata permezz taċ-ċirkulari dejjem tista tintbagħat imejl fuq l-indirizz eletroniku tat-taqsima rispettiva skemi.dlg@gov.mt.

 

 X’għandek tagħmel u xi process trid issegwi meta tapplika għall-Ġemellaġġ?

 https://localgovernment.gov.mt/en/DLG/publications/dlgCirculars/Documents/%C4%8Airkulari%20SPI-TW-8-2021%20-%20Pro%C4%8Bess%20ta%20%C4%A0emela%C4%A1%C4%A1%20-%20Oct%202021.pdf

 https://localgovernment.gov.mt/en/DLG/publications/dlgCirculars/Documents/%C4%8Airkulari%20SPI-TW-8-2021%20-%20Appendi%C4%8Bi%20I%20%E2%80%93%20Linji%20Gwida%20-%20Oct%202021.pdf

 https://localgovernment.gov.mt/en/DLG/publications/dlgCirculars/Pages/DLG-Circulars-2021.aspx

 

 Għandha dejjem issir referenza għaċ-Ċirkulari numru SPI/TW/ 8/2021 maħruġa fl-14 t’Ottubru 2021 mid-Direttorat responsabbli mill-iStrateġija u Implimentazzjoni ta’ Policy - Proċess ta’ Ġemellaġġ minn Reġjun/Kunsill Lokali- (għafas fuq il-link provdut) fejn il-proċess kollu fl-intier tiegħu qiegħed spjegat fid-dettal flimkien ma’ kopja tal-linji gwida speċifiċi li għandhom jiġu segwiti (għafas fuq il-link provdut) u l-applikazzjoni li għandha tintuża għal dan il-għan (niżżel permezz tal-link provdut). F’każ ta' kjarifika li mhix indirizzata permezz taċ-ċirkulari dejjem tista tintbagħat imejl fuq l-indirizz eletroniku tat-taqsima rispettiva spi.localgov@gov.mt

  

X’għandek tagħmel u xi process trid issegwi meta tapplika għall-proċess ta’ Amministrazzjoni ta’ Proprjeta’ Pubblika (Devoluzzjoni)?

 https://localgovernment.gov.mt/en/DLG/publications/spiCirculars/Documents/SPI.APP.6.2021.%20Emendi%20fil-Pro%C4%8Bess%20g%C4%A7all-Amministrazzjoni%20ta%E2%80%99%20Proprjeta%E2%80%99%20Pubblika%20(Devoluzzjoni).pdf

 https://localgovernment.gov.mt/en/DLG/publications/spiCirculars/Documents/Appendi%C4%8Bi%20I.%20POLICY%20DOCUMENT%20%20-%20Devoluzzjoni%20Lokali.pdf

 https://localgovernment.gov.mt/en/DLG/publications/spiCirculars/Documents/Appendi%C4%8Bi%20II.%20Applikazzjoni%20g%C4%A7all-Amministrazzjoni%20ta'%20Proprjeta%20Pubblika.pdf

  Għandha dejjem issir referenza għaċ-Ċirkulari numru SPI/APP/6/2020 maħruġa fit- 3 ta’ Ġunju 2021 mid-Direttorat responsabbli mill-iStrateġija u Implimentazzjoni ta’ Policy - Emendi fil-Proċess għall-Amministrazzjoni ta’ Proprjeta’ Pubblika (Devoluzzjoni) – (għafas fuq il-link provdut) fejn hemm spjegat il-proċess li jrid jiġi segwit b’referenza għall-Policy Document (għafas fuq il-link provdut sdabiex tkun tista’ tniżlu) u l-applikazzjoni li għandha tintuża għal dan il-għan (niżżel permezz tal-link provdut). Iċ-ċirkulari tkopri ukoll talbiet għall-Embellishment. F’każ ta' kjarifiki li mhumiex indirizzati permezz taċ-ċirkulari jew il-Policy Document dejjem tista tintbagħat imejl fuq l-indirizz eletroniku tat-taqsima rispettiva app.localgov@gov.mt​