Applikazzjonijiet għal Permessi

Linji Gwida għal applikazzjonijiet għal attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsill Lokali


Applikazzjonijiet għal permessi huma regolati mir-Regolamenti dwar Attivitajiet li jeħtieġupermess mill-Kunsill Lokali (L.S. 441.04) u mir-Regolamenti dwar Liċenzimill-Kunsilli Lokali għal-ftuħ ta’ Wiċċ ta’ Triq (L.S. 441.05)​.

Wieħed jista japplika għal dawn il-permessi:

·         Permess għal xi attività kummerċjali minn xi post jew f’xi suq fil-beraħ.

·         Permess għal Kiddie Ride Machine jew makna tal-bejgħ awtomatika.

·         Permess għal depożitu ta’ materjal tal-bini jew materjal ieħor.

·         Permess għal depożitu jew użu ta’ krejn jew makkinarju ieħor.

·         Permess biex tqiegħed imwejjed jew siġġijiet f’xi triq biex jingħata servizz ta’ ikel u xorb.

·         Permess biex twaqqaf xi posta jew kjosk.

·         Permess għal wirja pubblika, esibizzjoni, xi logħob żgħir, fiera, tombla jew xi divertiment pubbliku jew attività simili oħra.

·         Permess għall-ftuħ ta’ wiċċ ta’ triq.

 Applikazzjonijiet għandhom isiru għand il-Kunsill Lokali fejn tkun ser issir l-attività fuq il-formula relattiva, u din għandha tasal għand il-Kunsill Lokali tal-anqas tmienja u erbgħin (48) siegħa qabel l-attività matul il-ħinijiet tal-ġranet tax-xogħol tal-uffiċċju. F’każ li l-attività jkun ser ikollha effett fuq it-traffiku, l-applikant għandu jipprovdi lill-Kunsill Lokali d-dettalji kollha ta’ sinjali ta’ traffiku illi huwa jkun ser jagħmel sabiex is-sewwieqa ta’ vettura jkunu mgħarrfa bl-ostakolu kif ukoll tingħatalhom direzzjoni u informazzjoni ta’ kif għandhom isuqu u jipproċedu. Jekk fl-opinjoni tal-Kunsill Lokali jkun hemm il-ħtieġa tal-preżenza ta’ Uffiċjal tal-Komunità, l-applikant għandu flimkien mal-ħlas stabbilit għall-applikazzjoni, iħallas ukoll għal dan is-servizz kif stabbilit mill-Aġenzija LESA.

Permessi ta’ xi attività kummerċjali u ta’ spazjijiet għal posti f’xi post jew f’xi suq fil-beraħ:

Biex wieħed japplika għal dawn il-permessi dan għandu jkun bejjiegħ tal-monti liċenzjat. Għal dan il-permess m’hemm l-ebda ħlas assoċjat miegħu. Kunsill Lokali  jalloka  posti ġodda fuq bażi illi min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel. Ma għandu jitħallas ebda dritt mill-bejjiegħa tal-monti sabiex jiġu allokati posti. Il-liċenza maħruġa mill-awtorità regolatorja u l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill Lokali għandhom f’kull ħin ikunu mwaħħlin f’post prominenti u fejn kulħadd ikun jista’ jaraha.

Permessi għal Kiddie Ride Machine jew makna tal-bejgħ awtomatika:

Applikazzjonijiet għal dawn il-permessi għandhom jinkludu:

 

1)                  Ritratt u qisien tal-Kiddie Ride Machine jew makna tal-bejgħ awtomatika.

2)                  Ritratt u pjanta tal-post fejn tkun ser titqiegħed il-Kiddie Ride Machine jew i1-makna tal-bejgħ awtomatika.

3)                  Kopja tal-permess mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar u d-Dipartiment tal-Artijiet jekk ikun il-każ.

 

Id-dritt (fee) li jrid jitħallas sabiex jitqiegħed Kiddie Ride Machine huwa €46.59 fis-sena.

Id-dritt (fee) li jrid jitħallas sabiex titqiegħed makna tal-bejgħ awtomatika huwa €23.29 fis-sena.

Permessi għal depożitu ta’ materjal tal-bini jew materjal ieħor:

L-Applikazzjonijiet għandhom jipprovdu:


1)                  deskrizzjoni tal-kwalità, il-kwantità jew volum ta’ materjal jew oġġett li ser jiġi mqiegħed.

2)                  indikazzjoni taż-żmien li għalih ikun qed jintalab il-permess;

3)                  Pjanta ta’ fejn ikun ser jiġi mqiegħed dak il-materjal jew oġġett.

Id-dritt (fee) li jrid jitħallas għad-depożitu ta’ materjal tal-bini jew materjal ieħor huwa ta’ €2.33 għal kull metru kwadru jew parti minnu għal kull jum.

L-ebda dritt (fee) ma japplika għat-tqegħid jew depożitu ta’ materjal tal-bini jew ta’ materjal ieħor jew ta’ xi oġġetti f’xi triq minħabba xi proġetti ta’ natura nazzjonali jew proġetti tal-Unjoni Ewropea.

L-ebda dritt (fee) ma japplika għat-tqegħid jew depożitu ta’ stekkat (boundary wall) li jagħlaq sit ta’ kostruzzjoni waqt ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni sabiex tirrestrinġi l-aċċess u tipprovdi protezzjoni għall-pubbliku.

L-ebda dritt (fee) ma japplika għat-tqegħid ta’ xi scaffolding (sakemm dawn ma jingumbrawx it-traffiku jew il-bankina).

Meta jkun rikjest mill-Kunsill u flimkien mad-dritt li jrid jitħallas kif elenkat hawn fuq, l-applikant għandu jħallas għal uffiċjal tal-komunita għal kontroll tat-traffiku. Id-dritt li għandu jitħallas ikun dak stabbilit min l-Aġenzija.

Il-Kunsill Lokali jista jitlob depożitu raġonevoli u dan id-depożitu ma għandux jkun ta’ aktar min 116.47.

Permessi għal depożitu jew użu ta’ xi krejn jew makkinarju ieħor

L-Applikazzjonijiet għandhom jipprovdu:

 

1)                  idikazzjoni taż-żmien li għalih ikun qed jintalab il-permess.

2)                  Pjanta ta’ fejn ikun ser jiġi depożitat jew użat il-krejn jew makkinarju goff.

Id-dritt (fee) li jrid jitħallas għal depożitu jew użu ta’ xi krejn jew makkinarju ieħor, huwa ta’ €10 jew €15 skond il-qies tal-makkinarju.

L-ebda dritt (fee) ma japplika għat-tqegħid jew użu ta’ xi high-up jew tower ladder (sakemm dawn ma jingumbrawx it-traffiku u jkunu ipparkjati kif sippost).

Meta jkun rikjest mill-Kunsill u flimkien mad-dritt li jrid jitħallas kif elenkat hawn fuq, l-applikant għandu jħallas għal uffiċjal tal-komunita għal kontroll tat-traffiku. Id-dritt li għandu jitħallas ikun dak stabbilit min l-Aġenzija.

Il-Kunsill Lokali jista jitlob depożitu raġonevoli jew garanzija tal-bank u dan ma għandux jkun ta’ aktar min 232.94.

Permessi għal tqegħid ta’ imwejjed u siġġijiet biex jingħata servizz ta’ ikel u xorb

L-applikant  għandu  jippreżenta  l-applikazzjoni  tiegħu mhux aktar tard minn xahar qabel. L-applikant għandu ukoll:


1)                  Jippreżenta pjanta li fuqha jkollu immarkat b’mod ċar il-qisien li dwarha tkun qed issir l-applikazzjoni;

2)                  Jiddikjara l-ġurnata jew il-ġranet li għalihom ikun qed jintalab il-permess.

Id-dritt (fee) li jrid jitħallas għal tqegħid ta’ imwejjed u siġġijiet biex jingħata servizz ta’ ikel u xorb huwa ta’ €1.16 għal kull metru kwadru jew parti minnu għal kull jum.

Permessi għat-twaqqif ta’ xi posta jew kjosk:

L-applikant  għandu  jippreżenta  l-applikazzjoni  tiegħu mhux aktar tard minn xahar qabel. Kif ukoll, l-applikant għandu:

1)                  Jiddikjara l-ġurnata jew il-ġranet li għalihom ikun qed jintalab il-permess;

2)                  Jippreżenta ritratt flimkien mad-daqs tal-posta jew il-kjosk;

3)                  Jiddikjara t-tip ta’ oġġetti li jkun ser ibigħ.

Id-dritt (fee) li jrid jitħallas għat-twaqqif ta’ xi posta jew kjosk ħal kull perjodu ta’tliet ġranet huwa €23.29.

L-ebda dritt (fee) ma japplika għat-twaqqif ta’ xi posta jew kjosk tradizzjonali użati esklużivament għal bejgħ ta’ qubbajt Malti (Maltese nougat).

Permessi għal Divertiment Okkażjonali (li jinkludu wirja pubblika, esibizzjoni, xi logħob żgħir, fiera, tombla jew xi divertiment pubbliku jew attività simili oħra:

L-applikant  għandu  jippreżenta  l-applikazzjoni  tiegħu mhux aktar tard minn xahar qabel. L-applikant għandu ukoll:

1)                  jippreżenta deskrizzjoni tal-attività li huwa jkun ser jorganizza;

2)                  jiddikjara l-ġurnata jew il-ġranet li għalihom ikun qed jintalab il-permess;

3)                  jippreżenta pjanta li fuqha jkun hemm immarkat l-area li fiha tkun ser issir 1-attività msemmija;

4)                  jippreżenta kopja ta’ kull permess meħtieġ taħt kull liġi.

F’każ li jkun ser isir xi tiżjin b’dawl elettriku fit-toroq, l-applikant  għandu  jippreżenta  ċertifikat  mingħand elettriċista liċenzjat li 1-apparat li jkun ser jintuża jkun fi stat tajjeb u ħieles minn kull periklu.

Id-dritt (fee) li jrid jitħallas għal-applikazzjonijiet ta’ Divertiment Okkazjonali għandu jkun kif ġej:

 

i)                   Biex issir wirja pubblika, esibizzjoni, xi logħob żgħira, fiera, tombla jew xi divertiment pubbliku jew attività simili oħra f’xi triq f’lokalitàf’xi ġurnata jew ġranet speċjali jew speċifiċi għal kull jum: €6.99

 

ii)                 Biex isir divertiment ieħor okkażjonali f’ġurnata speċifika għal kulljum: €6.99

 

iii)               Għad-daqq ta’ strumenti mużikali u/jew għall-użu loudspeakers u/jew amplifiers għal kull jum jew parti minnu: €4.66

 

iv)               Biex isir sports akkwatiku jew sports ieħor f’xi ġurnata speċifika ħlief attività sportiva li ssir fuq medda ta’ iktar minn lokalità waħda jew fuq bażi nazzjonali: €2.33

 

v)                  Biex  isir  xi  divertiment  ieħor  okkażjonali  f’xi  ġurnata  speċifika ħlief xi disco, ballu, żfin, jew xi attività żgħira bħal dik irrispettivament minn kif dawn ikunu magħrufa: €6.99

Meta jkun rikjest mill-Kunsill u flimkien mad-dritt li jrid jitħallas kif elenkat hawn fuq, l-applikant għandu jħallas għal uffiċjal tal-komunita għal kontroll tat-traffiku. Id-dritt li għandu jitħallas ikun dak stabbilit min l-Aġenzija.

Il-Kunsill Lokali jista jitlob depożitu raġonevoli u dan id-depożitu ma għandux jkun ta’ aktar min 116.47.

Permessi għall-ftuħ ta’ wiċċ ta’ triq u xogħlijiet relatati:

L-applikant għandu jissottometti l-applikazzjoni tiegħu lill-Kunsill Lokali fejn għandhom isiru x-xogħlijiet jew lill-Awtorità għat-Trasport f'Malta (Transport Malta).

L-applikazzjoni għal dan il-permess għandha tinkludi wkoll:

1) Pjanta tas-sit tal-post fejn se jitwettqu x-xogħlijiet u;

2) Ċertifikat ta’ perit arkitett li jindika x-xogħol propost u l-makkinarju li jkun ser jintuża.

Meta Kunsill Lokali jirċievi applikazzjoni, fi żmien 48 siegħa, għandu jibgħatha lil Transport Malta li tirrevedi din l-applikazzjoni u tinnotifika lill-Kunsill Lokali bid-deċiżjoni tagħha u b'kull kondizzjoni li jidhrilha xieraq.

L-applikazzjoni u d-dokumenti l-oħra relatati, għandhom jiġu sottomessi mill-inqas 48 siegħa qabel l-attività.

Meta tiġi sottomessa l-applikazzjoni għandu japplikaw id-dritt (fee) li ġej:

a. Għal ftuħ jew tkissir tal-banknina jew ta’ wiċċ ta' triq: €2.33

b. Għal kull tiġdid tal-istess permess €2.33

Jekk il-permess ma jingħatax dan id-dritt jiġi rimborsat lill-applikant. Ir-rifużjoni ma tinħariġx meta l-applikant jikkanċella l-applikazzjoni jew jekk il-permess jiġi revokat minħabba ksur tal-kundizzjonijiet.

Il-permessi mhumiex trasferibbli.

Meta jingħata permess, l-applikant għandu jkun personalment preżenti f'kull ħin matul l-attività u jinżamm responsabbli għal kwalunkwe ksur tal-kondizzjonijiet.

Jekk l-attività jkollha effett fuq it-traffiku, l-applikant għandu jipprovdi lill-Kunsill Lokali d-dettalji kollha ta’ sinjali tat-traffiku relatati ma' kwalunkwe ostaklu li s-sewwieqa jistgħu jiltaqgħu magħhom u kwalunkwe informazzjoni oħra li tkun rilevanti biex jiġi żgurat il-kontroll tat-traffiku. Jekk il-Kunsill Lokali jidirlhu xieraq li jkun preżenti uffiċjal tal-komunità matul l-attività biex jikkontrolla t-traffiku, japplikaw drittijiet u għandhom jitħallsu mill-applikant.

Id-dritt (fee) li jrid jitħallas huwa kif ġej:

1) Field Officer - €23.29 kull siegħa

2) Uffiċjal tal-komunità - €7.92 kull siegħa

Il-Kunsill Lokali, malli jirċievi d-deċiżjoni tal-Awtorità, għandu jinforma l-applikant mhux aktar tard minn 24 siegħa mill-approvazzjoni jew mod ieħor u jinforma lill-applikant biex jiġbor il-permess. Fil-każ li l-applikazzjoni għall-permess jew awtorizzazzjoni tiġi rifjutata, il-Kunsill Lokali għandu jagħti r-raġunijiet għal dan bil-miktub lill-applikant.

          

           Lista ta' dawn il-permessi tista' tkun aċċessata hawnhekk.