Għanijiet u Responsabbilitajiet

Id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali kien stabbilit f’Jannar tat-2017  u  sar parti mir-riformi tal-Gvern Lokali. Is-sett diviżjonali  jinkorpora uffiċju tad-Direttur Ġenerali u żewġ dirretorati : Dipartiment għall-Monitoraġġ u Sostenn tal-Gvern Lokali ( qabel kien maghruf bhalha d-Dipartiment tal-Gvern Lokali) u d-Direttorat għall-Istrateġija tal-Gvern Lokali u l-Implimentazzjoni tal-Politika.

Id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali permezz tal-Uffiċju tad-Direttur Ġenerali u zewġ direttorati għandu dawn l-għanijiet li ġejjien:


Monitoraġġ

Jissorvelja il-funzjonijiet u l-operazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali ( Kummitajiet Reġjonali  u Kunsilli Lokali), partikolarment fir-rigward tan – nefqa sabiex tkun żgurata l-aderenza mal-leġiżlazzjoni.

Rwol Konsultattiv lill-Ministeru

Id-diviżjoni ghandha rwol konsultattiv lill – Ministeru, is – segratarju Parlamentari u is – segretarju permanenti fuq kwistjonijiet relatati mal – Gvern Lokali, li jinkludu pariri fuq legiżlazzjonijiet, politiki u proċeduri. Id – diviżjoni tagħti pariri ukoll fuq kwistjonijet tal – Unjoni Ewropea jew Dimensjoni Internazzjonali, li jinkludu żoni relatati mal – Kumitat tar – Reġjuni (Unjoni Ewropea), il – kungress tal – Awtoritajiet Lokali u Reġjonali ( Kunsill tal – Ewropa) u l – Forum tal – Gvern Lokali tal – CommonWealth (CLGF).

Gwida u Appoġġ

Id-Diviżjoni, permezz taz-zewġ direttorati tiegħu, tipprovdi gwida u appoġġ lill-Gvern Lokali,  anke permezz tal-ħruġ ta’ Direttivi u Ċirkulari għal effiċjenza u l – effettivita’ tal-funzjonijiet u operazzjoniet, kif ukoll biex tiżgura l – uniformita’ tal-applikazjoni u l-implementazzjoni tal-legislaturi u proċeduri. Gwida u appoġġ tingħata ukoll lill – awtoritajiet lokali fir-rigward tal-programmi tal-Unjoni Ewropea, li jinkludu il-proviżjoni ta’ seminars ta’ informazzjoni u stadju ta’ applikazzjoni tal-proġett.

Koordinazzjoni

Id-Diviżjoni tiżgura ukoll li hemm koordinazzjoni tal- inizzjativi kollha minn ministeri u dipartimenti ohra li jaffetwaw il-funzjonijiet u l-operazzjonijet tal-awtoritajiet lokali direttament jew indirettament.

Tahriġ u Żvilupp Personali

Permezz tad-Dipartiment għall-Monitoraġġ u Sostenn tal-Gvern Lokali, l – ufficjali politiċi u eżekuttivi tal-awtoritiajiet lokali jingħataw tahriġ u seminars informattivi fuq bażi regolari. Dan jinkludi tahriġ lis-Segretarji Eżekuttivi  u ħaddiema fuq legizlazzjonijiet u proċeduri ġodda. 

Direzzjoni Strateġika

Id-diviżjoni tal-Maniġment superjuri tipparteċipa fil-laqgħat strategiċi tas-Segretarju tal-Minsteru u tal-Parlament u għalhekk tikkontribwixxi b’mod attiv lejn il-formulazzjoni tal-proposti u politiki leġislativi tal-Gvern Lokali ġdid.

Implementazzjoni tal-Programm​

Id-diviżjoni, permezz tad – direttorat tal – istrategija tal – Gvern Lokali u l – implimentazzjoni tal-Programm, timplimenta inizzjativi u programmi li huma mfassla mill-Ministeru u/jew mis-Segretarjat Parlamentari, per eżempju skemi tal-ghotja. Id-direttorat huwa responsabli ukoll għar-ricerka u l – innovazzjoni u jassisti fil-proċess tad-decentralizzazzjoni.

 

 

 ​

​​​​​​​​​