The Parliamentary Secretary

IMG_2040.jpg 
 
L-Onorevoli Silvio Parnis ġie elett b’suċċess fl-elezzjonijiet ġenerali sa mill-1998.  Huwa serva bħala Sindku ta’ Raħal il-Ġdid mill-1994 sal-1998.  Fil-Leġislatura mill-2003 sal-2008 kien il-Kelliem għall-Anzjani tal-Partit Laburista u ħejja l-‘position paper’ tal-istess partit għal dan is-settur flimkien ma’ team ta’ esperti.

Fl-2008 kien maħtur bħala kelliem ewlieni tal-Partit Laburista għall-Ħarsien tal-Konsumatur.  Aktar tard matul il-leġislatura, Silvio Parnis serva bħala l-Kelliem ewlieni tal-Partit Laburista għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nofsinhar ta’ Malta.  Huwa reġa` ġie elett fil-Parlament Malti mir-raba` distrett f’Marzu tal-2013, fejn il-Prim Ministru ħatru Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta, u segwa bosta proġetti fosthom il-Proġett tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid, l-Is​tudju dwar Wied Blandun u l-Kunċett ġdid dwar il-Ġonna tal-Qari.  Parnis ta kontribut importanti fuq proġetti oħra bħall-Universita` ġewwa Bormla u ġewwa Wied il-Għajn kif ukoll l-Park  tal-Inwadar.  Mill-2013 sal-2017, okkupa wkoll ir-rwol ta’ Chairman tal-Kumitat tal-Abbozzi.  Fl-2017 il-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar lil Silvio Parnis bħala Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet.