Palaces

President’s Palace 

When in 1571 Grand Master Pietro del Monte ordered the transfer of the Order’s headquarters from Birgu to the newly built Valletta, his own palace had not been built yet. He went to live in a house which belonged to his nephew, and eventually it was decided that the Grand Master’s Palace would be built in that area of Valletta. The palace was designed by Gerolamo Cassar. Throughout the years it was enlarged more than once, and its present façade dates to the time of Grand Master Emanuel Pinto de Fonseca. Eventually the Palace was used by the British Governor, and since 1974 it has been used as the office of the President of Malta. Along the façade there are a number of marble tablets commemorating recent events in the history of Malta.​

Il-Palazz tal-President

Meta fl-1571 il-Gran Mastru Pietro del Monte ordna it-trasferiment tal-kwartieri ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann mill-Birgu lejn il-belt il-ġdida, Valletta, ir-residenza tiegħu kienet għadha mhux mibnija. Hu mar joqgħod f’dar li kienet tan-neputi, u mill-ewwel kien deċiż li l-palazz tal-Gran Mastru għandu jkun mibni f’dak il-post. Il-palazz kien mibni fuq id-disinn tal-perit Malti Glormu Cassar. Matul is-snin il-bini tkompla jitkabbar aktar minn darba, u l-faċċata kif narawha illum saret fiż-żmien il-Gran Mastru Emanuel Pinto de Fonseca. Matul iż-żmien, il-palazz intuża mill-Gvernatur Ingliż, u mill-1974 sar l-Uffiċju tal-President ta’ Malta. Mal-Faċċata naraw numru ta’ plakkek ta’ l-irħam li jfakkru diversi avvenimenti importanti li seħħew f’dawn l-aħħar snin.

Bishop’s Palace

Soon after the arrival of the Order of St John in Malta in 1530, and their setting up their headquarters in Birgu, the Bishop of Malta saw it fit to build his own palace there as well.  The Palace, on the instructions of Bishop Domenico Cubelles, included also a number of prison cells, as the then Bishop was also the Pro-Inquisitor for Malta. It continued to be used as such until in the beginning of the 17th century, when another Bishop’s Palace was built in Valletta. This building continued to be used by the Bishops, whenever they visited the area during their pastoral visits. For a number of years, this building was used as an infants’ school.​

Il-P

alazz ta' l-Isqof

Ftit wara il-wasla f’Malta ta’ l-ordni ta’ San Ġwann fl-1530, u wara li waqfu l-kwartieri tagħhom fil-Birgu, l-Isqof ta’ Malta ħaseb ukoll biex anke hu jkollu palazz fil-Birgu ukoll. Il-Palazz, fuq struzzjonijiet mogħtija mill-Isqof Domenico Cubelles, kellu jkun hemm fih numru ta’ ċelel. Dan minħabba l-fatt li l-istess Isqof f’dak iż-żmien kellu ir-responsabiltà ta’ Pro-Inkwiżitur ta’ Malta. Il-Palazz baqa’ jintuża sal-bidu tas-seklu 17, meta inbena palazz ta’ l-Isqof ieħor fil-Belt Valletta. Dan il-palazz baqa’ jintuża mill-istess isqfijiet kull meta kienu jmorru lejn il-Kottonera u jagħmlu iż-żjara pastorali tagħhom, ħalli b’hekk ikollhom fejn joqgħodu. L-istess binja, intuża ukoll għal ħafna snin bħala skola taż-żgħar.

.



​​